Se jiġu ordnati 4 saċerdoti ġodda

Erba’ djakni se jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles Scicluna nhar il-Ġimgħa li ġej.
L-ordinazzjoni se ssir fil-festa ta’ San Tumas Appostlu, waqt quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, fis-6.30 pm.
L-erba’ djakni huma: Rev. Carlo Calleja mill-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema, Rev. Christopher Ellul mill-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, Rev. Bertrand Vella OFM Cap, Rev. Mark Joseph Zammit mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.
L-Arċidjoċesi tistieden lil kulħadd biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni u biex jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu ordnati nhar il-Ġimgħa.