Se jiġu offruti 110 suġġett f’64 ċentru

Fis-sena akkademika li ġejja, se jiġu offruti madwar 110 suġġett f’diversi livelli għall-edukazzjoni matul il-ħajja. Il-korsijiet se jingħataw f’seba’ Ċentri għal Tagħlim Matul il-Ħajja, 40 Kunsill Lokali u 17-il Organizzazzjoni Mhux Governattiva u ċentri fil-komunitajiet.
Waqt it-tnedija tal-korsijiet għas-sena 2014/15 fil-Belt Valletta, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo saħaq dwar l-importanza tal-iżvilupp kontinwu fl-edukazzjoni u f’ħiliet differenti.
Is-sena li għaddiet, 13,000 persuna attendew dawn il-korsijiet, li kienu jvarjaw minn lezzjonijiet tal-pjanu għal dawk fil-lingwi.
Il-lista sħiħa tal-korsijiet tinsab hawn
Ritratt: DOI – Omar Camilleri