Se jiġi restawrat Casino Notabile fl-Imdina

Fi żmien li ġej se jiġi rrestawrat il-Casino Notabile fl-Imdina.
Waqt it-tnedija tal-Imdina Medieval Festival, li se jsir fit-23 u l-24 ta’ April, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Dr Stefan Buontempo qal li dan ir-restawr huwa stmat li jiswa mal-€160,000 u maħsub li jitlesta għall-aħħar ta’ Ġunju, il-bidu ta’ Lulju.
Spjega li fl-Imdina saru diversi proġetti ta’ restawr, fosthom fuq is-swar, fuq il-Bastjun ta’ Santa Marija, fill-Bastjuni ta’ San Pietru u l-Bieb tal-Griegi.
Dan il-proġett sar mid-Direttorat tar-Restawr u sewa €530,000.
Ritratt:DOI:Pierre Sammut