Se jiġi deċiż jekk l-allegat qattiel tal-annimali jgħaddix kumpilazzjoni

Il-Qorti trid tiddeċiedi jekk Nicholas Grech ta’ 37 sena mill-Mosta jinsabx f’pożizzjoni li jgħaddi kumpilazzjoni.
Grech jinsab mixli b’moħqrija fuq l-annimali b’rabta mal-każi tas-sejbien ta’ qtates imsallba fil-Mosta.
Peress li kien intqal li Grech kien jinsab taħt kura medika, il-Qorti qabbdet lill-espert psikjatriku George Debono sabiex iħejji rapport.
Il-psikjatra qal li fi żmien meta allegatament wettaq ir-reati, Nicholas Grech ma kien qed jieħu l-mediċini.
Fil-preżent Grech jinsab taħt arrest preventiv għalkemm il-Qorti kienet iddeċidiet li għandu jinżamm fl-isptar Monte Carmeli.
Id-deċiżjoni tal-Qorti mistennija li tasal fil-jiem li ġejjin.