Se jiftaħ kumpless tax-xiri ġdid f’Tigné

F’Lulju li ġej, għandu jiftaħ kumpless tal-ħwienet ġdid f’Tigné, bl-isem ta’ D Shopping Mall.

Dan il-kumpless, żviluppat minn DIZZ Group, se jieħu post il-grawnds tal-futbol ta’ ġewwa ta’ Sliema Wanderers li kienu faċċata ta’ The Point. L-ewwel ħanut li se jiftaħ se jkun Nespresso, li diġà hemm ċentru ta’ customer care tiegħu fl-Imrieħel. Wara dan il-ħanut, għandhom jiftħu wkoll KIKO, Max&Co u Brooks Brothers, fost id-disa’ ħwienet li se jkun fih.

Tħobb il-kafè? Jiftaħ Nespresso f’Malta

Diane Izzo, is-CEO ta’ DIZZ Group, qalet li dan hu l-iżjed proġett eċitanti li kienu qegħdin jaħdmu fuqu tul dawn l-aħħar xhur. Spjegat li d-daħla għal dan il-kumpless se tkun minn The Point fis-sular t’isfel, u l-ħwienet se jkunu qegħdin jaffaċċjaw it-triq tal-ġenb ta’ Tigné li twassal għat-toroq ta’ Tas-Sliema.

KIKO Milano se jiftaħ f’Malta

Barra minn ħwienet, dan il-kumpless se jkollu wkoll spazju għall-uffiċini fil-kumpless imsemmi D Business Centre. Min jixtieq jikri xi uffiċini hawn jista’ jagħmel kuntatt fuq 99857662 jew jibgħat email lil newbusiness@dizz.com.mt.