Se jieħdu xogħol il-gwardjani?

Diversi tiġieġ u sriedaq intlemħu jippassiġġaw fit-toroq ta’ Marsalforn.
Ritratti li bagħat qarrej ta’ Newsbook.com.mt juru s-sriedaq jippassiġġaw fi Triq is-Sajjied.
Il-qarrej irrimarka li oħrajn fettlilhom jitilgħu fuq iċ-ċint fejn hemm tabella biex jintremiex żibel f’dak il-post, inkella min jinqabad jiġi mħarrek.
Tgħid qed jippruvaw jieħdu xogħol il-gwardjani ambjentali?  Jew fetħulhom il-gallinar biex inaddfu t-triq?
Jikkuntrasta l-post li tella' fuq Facebook il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, li taħtu taqa' l-lokalità ta' Marsalforn,  ippubblika ritratti ta' żibel mormi barra l-iskips.  Is-sriedaq aktar nodfa min-nies?

Ritratti fuq info@newsbook.com.mt