​Se jidhru nies mill-futur fil-15 ta’ Ġunju?

L-Organizzaturi tas-servizz b’tifkira tal-Professur Stephen Hawking qed jippermettu li nies mill-futur jattendu għalih fil-15 ta’ Ġunju.
Il-postijiet għall-pubbliku nfetħu onlajn u se jintgħażlu 1,000 persuna. L-applikanti jridu jipprovdu d-data tat-twelid tagħhom li tista' tkun sal-31 ta’ Diċembru 2038.
Il-fondazzjoni tal-Professur Hawking qalet li għadha teżisti l-possibbilità li l-ivvjaġġar tul iż-żminijiet (time travel) jista’ jseħħ.
Fl-2009, Hawking kien organizza festin għat-time travellers imma ħadd ma kien tfaċċa. Qal li dik kienet evidenza esperimentali li l-ivvjaġġar tul iż-żminijiet mhux possibbli.
Jekk inti tixtieq tattendi għas-servizz, tista’ tapplika sal-15 ta’ Mejju minn hawn.
Is-servizz se jsir fil-15 ta’ Ġunju f’Londra.