Se jagħmel programm tad-droga biex ma jinkwetax lil ommu

Raġel ta’ 28 sena ingħata ħelsien mill-arrest wara li qal li se jfittex l-għajnuna wara li ammetta li għandu l-vizzju tad-droga. Huwa qal li se jidħol għal programm ta’ rijabilitazzjoni biex ma jibqax jinkwieta lil ommu.

Huwa tressaqs quddiem il-qorti b’akkuża ta’ kkultivar ta’ xitel tal-kannabis kif ukoll li għandu pussess t’arma tan-nar mingħajr liċenzja.

Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda ammetta li kellu problema tad-droga.

L-akkużat intbagħat l-Isptar Monte Karmeli għal kura temporanja qabel ma jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.