Se jibqgħalna art mhux mibnija f’Malta?

Se jibqgħalna art mhux mibnija f’Malta? Sa fejn se nkomplu nibnu? Il-bini ġdid qed jgħin lill-ekonomija?
Dawn il-mistoqsijiet se jkunu mwieġba f’dibattitu organizzat mill-għaqda tal-istudenti tal-arkitettura fl-Università ta’ Malta, SACES bit-tema ewlenija tkun is-sitwazzjoni tal-iżvilupp f’Malta.
Fil-panel se jkun hemm seba’ kelliema b’numru ta’ individwi speċjalizzati f’oqsma differenti biex jitkellmu mill-perspettiva tagħhom.
Fost dawn se jkun hemm il-Professur Alex Torpiano, Dekan tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni fl-Università ta’ Malta u President tal-Kamra tal-Periti, Sandro Chetcuti, President tal-Awtorità Maltija tal-Iżvilupp (MDA), John Ebejer, perit, urban planner and konsultent tat-turiżmu, u Simon Debono, is-sid ta’ Simon Estates.
L-attività “STRIP” qed issir għat-tieni sena konsekuttiva u se tkun organizzata nhar il-Erbgħa 21 ta’ Frar fil-5.30pm.
Hawnhekk tista' tara filmat qasir tal-attività li saret is-sena l-oħra bl-istess tema: