Se jibdew proċeduri kontra direttur tal-Malta Cross Financial Services

Il-Maġistrat Antonio Micallef Trigona kkonkluda li hemm bażi biex jibdew proċeduri kontra direttur tal-kumpanija Maltese Cross Financial Services u jitressaq il-Qorti.
Dan id-direttur se jiġi akkużat b’miżappropjazzjoni ta’ fondi u frodi.
Żewġ diretturi oħra tal-kumpanija mhux involuti f’dawn il-każi u kienu rrappurtaw kollox lill-MFSA.
Ix-xhieda se jidhru quddiem il-Qorti x-xahar id-dieħel.