Se jibdew in-negozjati mal-Ispanjoli dwar it-trasport pubbliku

Il-Gvern ħabbar li fil-ġranet li ġejjin se jibdew in-negozjati uffiċjali mal-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon.
Fi stqarrija, tħabbar li fil-ġranet li għaddew ġie konkluż l-eżerċizzju tal-Espressjoni ta' Interess għall-operat tat-trasport pubbliku.
Wara l-evalwazzjoni tas-sottomissjonijiet irriżulta li l-kumpanija Spanjola, issottomettiet l-aħjar offerta, skont il-kriterji stabbiliti.