Se jibda kors tal-Care Assistants wara l-ħin tax-xogħol, anke f’Għawdex

Se jibda kors wara l-ħin tax-xogħol għal min irid jikseb il-grad ta’ Care Assistants u għall-ewwel darba se jiġi offrut ukoll f’Għawdex.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, ħabbret dan hekk kif saħqet fuq il-ħtieġa ta’ iktar ħaddiema mħarrġa fil-kura tal-anzjani.
Il-kors, akkreditat mill-Università ta’ Malta, se jibda mit-23 ta’ Mejju bl-applikazzjonijiet jintlaqgħu f’San Vinċenz de Paul minn nhar it-Tnejn sad-29 t’April.
L-applikazzjonijiet u d-dettalji jinkisbu mill-istess faċilità ta’ San Vinċenz inkella mis-sit elettroniku www.activeageing.gov.mt