Se jgħinu lit-tfal b’mod ħolistiku dan is-sajf

Attivitajiet biex jimmotivaw lit-tfal dan is-sajf b'ftit differenza se jkunu organizzati mill-moviment Kerygma, bl-isem Kids for Jesus Summer Club.
Il-Moviment ħaseb biex jgħin lit-tfal jipparteċipaw b'mod sħiħ u ħolistiku permezz t'attivitajiet diversi fosthom: biex jiksbu valuri Nsara u jikbru b'mod spiritwali u morali, jikbru fil-kunfidenza u l-ħiliet tagħhom permezz ta' logħod u avventuri, jitgħallmu dwar is-saħħa speċjalment dwar ikel u l-ewwel għajnuna, jikbru b'mod individwali u jkunu aktar indipendenti permezz ta' responsabbiltajiet u sfidi, u fl-aħħarnett jagħmlu ħbieb ġodda.
L-iskop ewlieni jkun li t-tfal jagħmlu memorji sbieħ u jħarsu lura lejn dan is-sajf b'ferħ.
Kull min jixtieq iktar informazzjoni jista' jżur is-sit www.kerygma.org.mt jew iċempel fuq 21459942 / 99110888.