Se jfakkru l-memorja tal-maħbub Mons. George Bezzina

St George's Basilica

Read in English.

St George’s Basilica

Għaddew kważi sitt snin meta meta miet Mons. George Bezzina, saċerdot maħbub ħafna fost l-Għawdxin. Fl-okkażjoni tal-anniversarju minn mewtu se jsir kunċert kommemorattiv fil-Knisja Parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana. Il-kunċert, bis-sehem tal-kor Ingliż, Rossall School Chapel Choir se jsir it-Tlieta 3 ta’ Lulju fis-7.15pm.

Mons. George Bezzina miet fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu tat-13 ta’ Settembru 2012, fl-età ta’ 58 sena. Huwa serva bħala kappillan tal-Fontana bejn l-1991 u l-2008, fejn wettaq riformi spiritwali u strutturali.