Se jerġgħu jinfetħu siti storiċi fin-Nepal

Il-Gvern tan-Nepal għadu kemm ħabbar li se jerġa’ jiftaħ għall-pubbliku s-siti storiċi ta’ Kathmandu bit-tama li fil-pajjiż jerġgħu jibdew jitfaċċaw it-turisti wara t-terrimot devastanti t’April li għadda.
Fost il-fdalijiet li jiftħu mill-ġdid hemm il-pjazez ta’ Durbar u l-Qrati Nobbli li sofrew ħsarat estensivi.
Intant, il-UNESCO qajmet it-tħassib tagħha dwar il-periklu li jista’ jkun hemm f’dawn is-siti storiċi.
Iżda l-uffiċċjali qed jinsistu li qed jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha.