Se jerġgħu jaħdmu flimkien

Aħbar tajba għall-fans tas-sensiela Torka Cherry Season li qed terġa’ tixxandar fuq l-istazzjon Taljan La 5 hekk kif ħarġet l-aħbar uffiċjali li l-protagonisti ta’ din is-sensiela Can Yaman u Ozge Gurel se jkunu qed jerġgħu jingħaqdu flimkien biex jibdew jaħdmu fuq sensiela ġdida bl-isem ta’ Bay Yanlis.

Ix-xogħol fuq din il-produzzjoni mistenni jibda proprju fi ftit ġim għat oħra biex fuq it-televiżjoni Torka tibda tixxandar mis-sajf li ġej.

Mhux eskluża l-possibbilità li l-Mediaset diġà qed jippunta ħarstu fuq din il-produzzjoni li għandha bħala protagonist żewġ atturi maħbuba mis-segwaċi Taljani li segwew b’lealtà u b’suċċess Bitter Sweet matul iż-żewġt isjuf li ntweriet fuq il-Canale 5.