Se jerġa’ jinfetaħ iċ-Ċentru taż-Żgħażagħ fir-Rabat

Matul din il-ġimgħa fil-parroċċa tar-Rabat, se jkun hemm bosta attivitajiet organizzati mit-Tiberija Youths.
Bit-tema “Qalb Waħda fi Kristu”, żgħażagħ minn gruppi differenti minn madwar Malta se jkunu mistiedna jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet, fosthom ġurnata volontarjat, taħdita, Lectio Divina b’tema Marjana, velja ta’ talb kif ukoll quddies.
Nhar il-Ġimgħa 8 t’Awwissu, se jkun hemm l-inawgurazzjoni tal-proġett ta’ rinovar taċ-Ċentru taż-Żgħażagħ li sar matul l-aħħar sena.
Preżenti se jkun hemm l-Arċisqof Pawlu Cremona u l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.