Se jattendi għall-Beatifikazzjoni tal-Papa li għamlu Kardinal

Il-Papa Benedittu XVI se jattendi għall-Beatifikazzjoni tal-Papa li lilu għamlu Kardinal.
Nhar il-Ħadd, fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku se jmexxi l-Beatifikazzjoni ta' Papa Pawlu VI. 
Fil-quddiesa, se jattendu wkoll żewġ Kardinali oħra li wkoll saru Kardinali minn Pawlu VI.
Eluf ta’ pellegrini huma mistennija jattendu għall-quddiesa tal-Ħadd fi Pjazza San Pietru, hekk kif ħafna huma dawk li jiftakru tajjeb ħidmet il-Papa, li miet fl-1978.