Ilna jiem nisimgħu tbassir li se tagħmel ix-xita u maltempati bir-ragħad. L-istess tbassir qed isir illum.
Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mistennija ragħad u xita mis-1am tal-lejl li ġej u l-Ġimgħa. Ir-riħ se jkun Lbiċ, Forza 2 għal 3. Is-Sibt ukoll mistennija x-xita, bil-Ħadd terġa’ tibda toħroġ ix-xemx.
It-temperaturi mistennija jibqgħu bejn 22 grad (l-inqas) u 29 grad (l-ogħla). L-indiċi UV se jibqgħu 7 għal sebat ijiem sħaħ. Għaldaqstant wieħed għandu jibqa’ japplika l-krema protettiva tal-ġilda u jevita x-xemx fl-agħar ħinijiet.