Screening Test ġdid għat-trabi tat-twelid

Fl-aħħar jiem, id-Dipartiment tas-Saħħa daħħal screening test ġdid għat-trabi tat-twelid.
It-test il-ġdid huwa l-heel prick test li jittestja t-trabi għal congenital hypothyroidism, jiġifieri kundizzjoni li minħabba fiha l-hormone tat-thyroid ma tkunx qed taħdem sew.
L-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta kien qed iwieġeb għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Godfrey Farrugia.
Il-Ministru Fearne qal li dan it-test huwa aktar preċiż u għalhekk inaqqas ir-riskju li tingħata informazzjon ħażina lil ġenituri u li żżid l-ansjetà għalxejn.
Apparti dan, il-Ministru Fearne qal li ddaħħal screening test ieħor għat-thalassemia, kundizzjoni ereditarja fid-demm li tipproduċi aktar haemoglobin, proteina responsabbli mit-trasport tal-ossiġnu fid-demm.
Il-Ministru Fearne qal ukoll li mill-2014 sas-sena li għaddiet twieldu aktar minn 13,343 tarbija.