Scrambled eggs bl-ispinaċi

Ingredjenti

4 bajdiet kbar

60ml ħalib

nofs basla mqattgħa fin

bżaru aħdar, imnaddaf u mqatta’ biċċiet żgħar

100g spinaċi friska

bżar u melħ

Metodu

Ħabbat il-bajd mal-ħalib, il-bżar u l-melħ.

Aqli l-basla u l-bżaru fuq nar moderat sakemm jirtabu.

Żid l-ispinaċi u ħawwad tajjeb sakemm tirtab.

Żid ftit ieħor żejt u ferragħ t-taħlita tal-bajd u ħalliha toqgħod għal ftit sekondi. Imbagħad ħawwad bil-mod sakemm il-bajd isir scrambled.

Attent li ma ssajjarx il-bajd iżżejjed biex jibqagħlek artab.

Servi fuq platti sħan.