Scouts taż-Żejtun iqattgħu ġimgħa ta’ avventura f’Gilwell Park

Grupp ta’ 122 membru tal-iscouts flimkien mal-familji tagħhom qattgħu ġimgħa ta’ avventura f’Gilwell Park fl-Ingilterra.
L-iscouts mill-Grupp taż-Żejtun kien jinkludi wkoll grupp ta’ adulti li ħadu ħsieb b’mod volontarju t-tisjir u l-affarijiet tal-kċina matul dan il-kamp.
Il-programm ta’ attivitajiet għall-iscouts kien jinkludi fost l-oħrajn zipline, kayaking, rock-climbing u inizjattivi oħra li jippromwovu l-ħidma ta’ bejn il-membri. L-attività favorita tal-iscouts iż-żgħar kienet il-go karting.
Matul din il-ġimgħa f’Gilwell Park, iltaqgħu ma’ diversi scouts oħra mill-Ghana, il-Ġermanja, Franza, l-Afrika t’Isfel u l-Awstralja.