Scouts Maltin jirħulha lejn l-Italja

L-Iscouts ta’ Bormla ħadu sehem f’attivitá tal-Baden Powell fl-Italja.
Huma kkampjaw flimkien ma’ sħabhom Ġermaniżi mill-Grupp Steve Biko DPSG fil-foresta ta’ Appiano fis-Sud Tirol Taljan.  Appiano jinstab xi tmien kilometri ’l bogħod minn Bolzano. Dan sar biex jiċċelebraw il-100 Sena mit-Twaqqif tal-1st Cospicua Scout Group.
L-attivitajiet prinċipali tal-kamp kienu jinkludu river rafting, fejn kull Scout seta’ jesperjenza dan l-isport eċitanti fuq ix-xmara Passirio.
Kellhom ukoll sessjoni fuq il-high ropes, mixja fuq il-Via Ferrata u wkoll spedizzjoni ta’ jumejn fuq il-muntanji, fejn l-iscouts qattgħu il-lejl f’chalet tipiku u setgħu igawdu l-ambjent fantastiku tal-inħawi.
Il-programm kien jinkludi wkoll żjarat kulturali fil-Mużew tal-Muntanji u l-Mużew Arkeoloġiku ta’ Bolzano. Ma naqsux ukoll attivitajiet tipiċi ta’ kampijiet tal-Iscouts bħal hikes, logħob, tisjir, campfires u għawm fl-ilma inġazzat tal-lag.
Intant grupp ta’ Scouts Sqallin ġew Malta u ngħaqdu mal-Iscouts ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-Scouts Sqallin żaru għadd ta’ lokalitajiet Maltin u għamlu għadd ta’ attivitajiet flimkien mal-Scouts Maltin.