Ingredjenti
450g laħam ikkapuljat
4 bajdiet mgħollija ibsin
250g frak tal-ħobż tal-pakkett
60g dqiq b’niskata melħ u bżar
bajda oħra mħabbta
Metodu
Aqsam il-laħam f’erba’ porzjonijiet.
Dawwar il-laħam mal-bajd iebes.
Għaddi kull bajda mid-dqiq, mill-bajda mħabbta u mill-frak tal-ħobż.
Sajjar il-bajd jew f’ħafna żejt għal madwar 8 minuti inkella f’forn jaħraq għal 35 minuta.
L-aħjar li sservihom biz-zalza tat-tadam.