Score: Żvizzera 2-2 Kosta Rika

L-Iżvizzera kisbu l-punt li kellhom bżonn sabiex serħu rashom mill-kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss tat-turnew. Il-midfielder Żvizzeru Blerim Dzemaili skurja l-ewwel gowl tal-logħba meta għeleb b’xutt lill-goalkeeper ta’ Real Madrid Keylor Navas.

Il-Kosa Rika rnexxilhom inaqsu d-distakk meta Kendall Waston għola sabiex skurja minn daqqa ta’ ras wara kross ta’ Joel Campbell.

L-Iżvizzera ħasbu li l-logħba ntrebħet meta Josip Drmic għamilhom 2-1 fit-88 minuta iżda l-Kosta Rika temmew l-isfida b’gowl minn penalty mogħti minn Bryan Ruiz.

Il-Kosta Rika kisbu l-ewwel punt tagħhom fit-Tazza tad-Dinja filwaqt li l-Iżvizzera spiċċaw fit-tieni post fi Grupp E u l-gimgħa d-dieħa se jilagħbu kontra l-Iżvezja.

Miġjub lilek minn Hublot