L-Iżvezja ħarġet rebbieħa fuq il-Korea ta’ Isfel grazzi għall-gowl fit-tieni taqsima tad-difensur Andreas Granqvist.
Oriġinarjament r-referee Joel Aguilar ħass li Kim Min-woo tal-Korea ta’ Isfel rebaħ il-ballun f’intervent fuq Viktor Claesson iżda wara l-użu tal-VAR, l-uffiċjal tal-logħba ddeċieda li jagħti penalty kruċjali favur l-Iżvezja.
Il-Korea ta’ Isfel ippruvat tikseb id-draw kontra t-tim Ewropew u kellha opportunità tajba meta Hwang għola bejn żewġ difensuri Żvediżi iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu spiċċat barra.
L-Iżvediżi ddominaw il-logħob f’bosta mumenti iżda deher li l-gowl ma kienx ħa jasal minn azzjoni hekk kif iż-żewġ timijiet għażlu li jiddefendu. Din ir-rebħa hija importanti ferm għall-Iżvezja hekk kif issa qegħdin fl-ewwel post flimkien mal-Messiku fi Grupp F filwaqt li l-Korea ta’ Isfel u l-Ġermanja jinsabu warajhom.
Miġjub lilek minn Hublot