Score: Urugwaj 3-0 Russja

In-nazzjon organizzatur sofra telfa kbira kontra l-Urugwaj, b’dawn tal-aħħar ċerti li se jikkawlifikaw għal mal-aħħar 16 bħala r-rebbieħa ta’ Grupp A. Luis Suarez fetaħ l-iskor wara 10 minuti permezz ta’ freekick preċiż. Kien imbagħad il-plejer ta’ Genoa Diego Laxalt li żied l-vantaġġ għas-Sud Amerikani b’xutt b’saħħtu li ħabat ma’ Denis Cheryshev u li Akinfeev ma rnexxilux jilqa’.

L-attakkant ta’ PSG Edinson Cavani skurja l-ewwel gowl tiegħu fit-turnew b’xutt mill-viċin wara li Akinfeev kien laqa’ tentattiv ta’ Diego Godin. Ir-Russja lagħbu l-maġġoranza tal-logħba b’għaxar plejers wara li Igor Smolnikov ingħata żewġ karti sofor fl-ewwel taqsima.

L-Urugwaj issa se jilgħabu kontra t-tieni klassifikat fi Grupp B filwaqt li r-Russja se jaffrontaw lir-rebbieħa tal-istess grupp bit-tama li jerġgħu jiksbu l-forma tal-ewwel żewġ logħbiet.

Miġjub lilek minn Hublot