Score: Urugwaj 2-1 Portugal

uruguay_portugal1

L-Urugwaj huwa t-tieni tim li kkwalifika għall-kwarti tal-finali wara li Edinson Cavani skurja l-gowl tar-rebħa kontra l-Portugal.

L-attakkant ta’ PSG fetaħ l-iskor wara 7 minuti meta għeleb lill-Portugiż Rui Patricio b’daqqa ta’ ras wara kross preċiż ta’ Luis Suarez.

Il-Portugal irnexxilhom jiksbu d-draw fit-tieni taqsima grazzi għal daqqa ta’ ras ta’ Pepe fil-55 minuta iżda l-Urugwaj reġgħu marru fil-vantaġġ wara li Cavani skurja t-tieni gowl tiegħu b’xutt bil-lemin li spiċċa fir-rokna tax-xibka.

Cristiano Ronaldo fittex il-gowl tad-draw li baqa’ ma wasalx u ħareġ mit-turnew ftit sigħat wara li Franza eliminaw lill-Arġentina ta’ Lionel Messi.

Miġjub lilek minn Hublot