Score: Urugwaj 0-2 Franza

Read in English.

Franza għaddew għas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja wara rebħa ta’ 2-0 fuq l-Urugwaj.

Les Bleus marru fil-vantaġġ grazzi għal daqqa ta’ ras ta’ Raphael Varane wara free kick eċċelenti ta’ Antoine Griezmann meta kien jonqos biss 5 minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Hugo Lloris waqqaf lis-Sud Amerikani milli jġibu d-draw meta żamm il-ballun milli jidħol fix-xibka wara daqqa ta’ ras ta’ Martin Caceres.

Griezmann skurja t-tieni gowl meta l-goalkeeper tal-Urugwaj Fernando Muslera naqas milli jilqa’ x-xutt mill-bogħod tal-Franċiż fil-61 minuta.

Luis Suarez ta’ Barcelona ma kienx perikoluż bħas-soltu u s-Sud Amerikani ħassew in-nuqqas ta’ Edinson Cavani li huwa letali quddiem il-lasta. L-attakkant ta’ PSG tħalla barra mil-logħba minħabba li weġġa l-pexxun.

Miġjub lilek minn Hublot