Score: Tuneżija 1-2 Ingilterra

Harry Kane skurja minn daqqa ta’ ras fl-aħħar minuti tal-logħba hekk kif l-Ingilterra għelbu lit-Tuneżija 2-1 fl-ewwel partita tagħhom tat-Tazza tad-Dinja fi Grupp Ġ.

L-Ingilterra fetħu l-iskor wara 11-il minuta hekk kif Kane skurja mill-viċin wara li Mouez Hassen laqa’ d-daqqa ta’ ras ta’ John Stones. L-Ingilterra fallew milli jżommu l-vantaġġ minħabba foul li wettaq Kyle Walker fuq Fakhreddine Ben Youssef. Ferjani Sassi inkariga ruħu mill-penalty u poġġa l-ballun lejn il-lemin tal-goalkeeper ta’ Everton Jordan Pickford li ma rnexxilux iżomm il-ballun milli jidħol fix-xibka.

Hekk kif id-90 minuta bdiet toqrob, iż-żewġ timijiet dehru resqin lejn id-draw iżda kienu l-Ingliżi li spiċċaw kisbu t-tliet punti wara li Kane skurja t-tieni gowl tiegħu minn daqqa fil-ħin miżjud.

Miġjub lilek minn Hublot