Score: Serbja 1-2 Żvizzera

Ir-rebħa kontra s-Serbja tfisser li t-tim tal-Iżvizzera issa jinsab viċin li jikkwalifika mal-aħħar 16. Kien Aleksandar Mitrovic li fetaħ l-iskor wara biss 15-il minuta b’daqqa ta’ ras minn kross ta’ Dusan Tadic.

Il-midfielder ta’ Arsenal Granit Xhaka ġab id-draw għall-Iżvizzera fit-52 minuta b’xutt b’saħħtu li Vladimir Stojkovic naqas milli jilqa’. Is-Serbja kienet perikoluża grazzi għal-Mitrovic, Dusan Tadic u Sergej Milinković-Savić, b’Mitrovic jitlob li jingħatalu penalty fit-tieni taqsima iżda r-referee Felix Brych ħalla l-logħob għaddej.

Xherdan Shaqiri skurja l-gowl tar-rebħa fid-89 minuta meta tbiegħed mid-difiża Serba permezz ta’ ġirja, qabel poġġa l-ballun fir-rokna hekk kif Tosic tas-Serbja prova jwaqqaf it-tentattiv tal-attakkant ta’ Stoke City.

Miġjub lilek minn Hublot