Score: Serbja 0-2 Brażil

Il-Brażil rebħu kontra s-Serbja fl-aħħar logħba tagħhom fi Grupp E sabiex għaddew għal mal-aħħar 16 bħala r-rebbieħa tal-grupp. Il-midfielder ta’ Barcelona Paulinho poġġa lit-tim Sud Amerikan fil-vantaġġ fis-36 minuta. Kien Philippe Coutinho li xeħet ballun fit-tul lejn Paulinho qabel dan missu bi ftit sabiex għeleb lill-goalkeeper tar-Russja Vladimir Stojkovic.

Is-Serbja setgħu kisbu d-draw fil-61 minuta iżda Aleksandar Mitrovic naqas milli jiskurja mill-viċin wara li Alisson ma rnexxilux jilqa’ għal kollox ix-xutt ta’ Antonio Rukavina.

Ir-rebbieħa ta’ ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja kisbu t-tieni rebħa tagħhom fir-Russja meta d-difensur Thiago Silva għola sabiex skurja l-aħħar gowl tal-logħba b’daqqa ta’ ras wara corner ta’ Neymar.

L-attakkant ta’ PSG seta’ skurja t-tielet gowl iżda Stojkovic waqqaf lill-istilla Brażiljana hekk kif dan tal-aħħar prova jaqbżu.

Miġjub lilek minn Hublot