Il-Kolombja ġew l-ewwel fi Grupp Ħ grazzi għal rebħa ta’ 1-0 kontra s-Senegal. Id-difensur ta’ Barcelona Yerry Mina għola sabiex skurja minn daqqa ta’ ras b’saħħitha wara kross mil-lemin li tat lis-Sud Amerikani ċertezza tal-kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss.
Is-Senegal dehru li kisbu penalty wara daħla ta’ Davinson Sanchez fuq Sadio Mane tas- Senegal. Madanakollu r-referee Milorad Mazic iddeċieda li ma jsaffarx għal foul wara l-użu tal-VAR.
Din kienet l-aħħar logħba tas-Senegal fir-Russja hekk kif dawn ġew eliminati minħabba n-numru ta’ karti sofor li qalgħu peress li kellhom l-istess punti u gowls daqs il-Ġappun.
Miġjub lilek minn Hublot