Score: Russja 3-1 Eġittu

L-Eġittu jinsabu viċin li joħorġu mit-Tazza tad-Dinja wara li r-Russja rebħu t-tieni logħba konsekuttiva u s’issa skurjaw tmien gowls.

Fl-ewwel 45 minuta ż-żewġ timijiet ippruvaw jiftħu l-iskor iżda x-xuttijiet lejn il-lasta kienu ftit. Ir-ritmu tal-logħba nbidel fit-tieni taqsima meta Ahmed Fathy skurja awtogowl qabel Denis Cheryshev għamilhom 2-0 bit-tielet gowl tiegħu f’din it-Tazza tad-Dinja.

Is-sitwazzjoni tal-Eġittu marret għall-agħar fil-61 minuta hekk kif ir-Russu Artem Dzyuba kkontrolla l-ballun b’sidru f’tarf il-kaxxa qabel skurja b’xutt fil-baxx.

Mohamed Salah naqqas id-distakk permezz ta’ penalty li ngħata bil-VAR iżda l-attakkant ta’ Liverpool ma rnexxilux isalva lill-Eġittu minn telfa. Salah għadu qed jirkupra minn injury fl-ispalla u naqas milli juri l-istess wirjiet li għamluh eroj fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Liverpool.

Miġjub lilek minn Hublot