Score: Portugal 1-0 Marokk

Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor wara biss 4 minuti logħob hekk kif il-Portugal għelbu lill-Marokk 1-0. L-istilla ta’ Real Madrid skurja r-raba’ gowl tiegħu fit-turnew b’daqqa ta’ ras.

Il-Marokk attakkaw lir-rivali tagħhom u fallew bosta okkażjonijiet tajbin li setgħu jgħinu lit-tim Afrikan jikseb punt fit-tieni logħba tiegħu fit-Tazza tad-Dinja. Huma kienu l-aqwa tim fl-ewwel 45 minuta filwaqt li l-Portugal għażlu li jiddefendu.

Nordin Amrabat poġġa lill-Portugal f’diffikultà u d-difensur ta’ Juventus Mehdi Benatia tilef opportunità tajba fit-tieni taqsima li setgħet tnaqqas id-distakk għat-tim tiegħu. L-eliminazzjoni tal-Marokk minn Grupp B waslet wara li huma naqsu milli jisfruttaw l-okkażjonijiet ta’ gowl li kellhom kontra Portugal li huwa dipendenti fuq Ronaldo.

Miġjub lilek minn Hublot