Score: Polonja 1-2 Senegal

Is-Senegal huwa l-ewwel pajjiż Afrikan li kiseb tliet punti fit-Tazza tad-Dinja ta’ din is- sena. Żewġ żbalji difensivi mill-Polonja waslu għar-rebħa tas-Senegal li ċċelebraw l-ewwel suċċess tagħhom fit-Tazza tad-Dinja minn meta għelbu lil Franza fl-2002.

Is-Senegal marru fil-vantaġġ wara 37 minuta meta x-xutt tal-plejer ta’ Everton Idrissa Gana Gueye ħabat ma’ Thiago Cionek qabel ma spiċċa fix-xibka tal-Polonja.

Fit-tieni taqsima, il-midfielder Pollakk Grzegorz Krychowiak qassam lura min-nofs il-grawnd u l-ballun ġiet interċettat mill-eks plejer ta’ AC Milan Mbaye Niang. Id-difensur Jan Bednarek ġera wara Niang iżda ma rnexxilux iwaqqaf lis-Senegaliż milli jaqbeż lil Szczesny u jiskurja f’lasta vojta.

Il-Polonja skurjaw gowl ta’ konsolazzjoni fl-aħħar ftit minuti tal-logħba grazzi għal daqqa ta’ ras preċiża ta’ Krychowiak.

Miġjub lilek minn Hublot