Score: Peru 0-1 Danimarka

Fit-tieni logħba minn Grupp Ċ, Yussuf Poulsen skurja l-ewwel gowl tad-Danimarka fid-59 minuta wara assist ta’ Christian Eriksen.

Peru ngħataw penalty permezz tal-VAR fi tmiem l-ewwel taqsima wara foul fil-kaxxa ta’ Poulsen fuq Christian Cueva. Dan tal-aħħar inkariga ruħu mill-penalty iżda x-xutt tiegħu ma kienx indirizzat lejn il-lasta.

L-attakkant ta’ Peru Paolo Guerrero daħal fil-logħba fit-62 minuta u mar viċin il-gowl meta l-ballun ħakkek mal-lasta wara daqqa ta’ takkuna.

Peru kienu ilhom ma jilgħabu logħba f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja sa mill-1982 u jridu jirbħu l-isfida ta’ nhar il-Ħamis kontra Franza sabiex jibqgħu jittamaw li jgħaddu għar-round li jmiss.

Miġjub lilek minn Hublot