Score: Panama 1-2 Tuneżija

tunisia_panama1

It-Tuneżija kisbu tliet punti fl-aħħar logħba tagħhom fit-Tazza tad-Dinja grazzi għal żewġ gowls fit-tieni taqsima. It-tim Afrikan qala’ gowl fit-33 minuta wara li xutt imxellef ta’ Jose Luis Rodriguez ta l-vantaġġ lill-Panama.

Ben Youssef skurja meta kienu għaddew 10 minuti mit-tieni taqsima fil-Mordovia Arena sabiex ġab id-draw għat-Tuneżija. Kien imbagħad Wahbi Khazri li skurja l-gowl tar-rebħa meta poġġa l-ballun f’lasta vojta b’inqas min-nofs siegħa logħob.

Panama fittxew il-gowl tad-draw iżda temmew l-esperjenza tagħhom b’żero punti hekk kif fallew milli jikkwalifikaw għal mal-aħħar 16.

Miġjub lilek minn Hublot