Score: Niġerja 2-0 Islanda

L-attakkant ta’ Leicester City Ahmed Musa skurja żewġ gowls għan-Niġerja hekk kif it-tim Afrikan tela’ fit-tieni post fi Grupp D.

Musa poġġa lil The Super Eagles fil-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima meta rċieva l-ballun minn kross ta’ Victor Moses qabel ma ta xutt b’saħħtu li għeleb lil Hannes Halldorsson. Fil-75 minuta l-attakkant irdoppja l-vantaġġ tan-Niġerja meta qabeż lill-goalkeeper qabel xeħet il-ballun fil-lasta minn bejn żewġ difensuri li kienu fuq il-linja.

Meta kien għad fadal biss 20 minuta mit-tmiem, ir-referee Matthew Conger saffar penalty permezz tal-VAR wara daħla ta’ Ebuehi fuq Finnbodvarsson. Madanakollu l-Islanda ma ħatfux l-opportunità li jnaqqsu l-vantaġġ tan-Niġerja hekk kif Gylfi Sigurdsson tefa’ barra.

Miġjub lilek minn Hublot