Score: Messiku 0-3 Żvezja

L-Iżvezja spiċċaw l-ewwel fil-grupp tagħhom u kkwalifikaw għal mal-aħħar 16 grazzi għar- rebħa konvinċenti fuq il-Messiku wara taqsima mingħajr gowls. Id-difensur laterali Ludwig Augustinsson fetaħ l-iskor wara ħamsin minuta b’xutt bix-xellug.

Andreas Granqvist skurja t-tieni gowl tal-Iżvezja 12-il minuta wara grazzi għal penalty li nibet minħabba foul ta’ Hector Moreno fuq Marcus Berg.

L-Iżvezja marru 3-0 minn fuq meta d-difensur Messikan Edson Alvarez skurja awtogowl meta kien jonqos inqas min-nofs siegħa logħob. Il-Messiku xorta rnexxilhom jikkwalifikaw għal fażi tan-knockout minkejja t-telfa kbira tal-lum.

Miġjub lilek minn Hublot