Score: Marokk 0-1 Iran

L-Iran aċċertaw ruħhom mit-tliet punti wara li l-attakkant ta’ Marokk Aziz Bouhaddouz skorja awtogowl. Il-plejer Marokkin  li daħal bħala sostitut waddab il-ballun b’daqqa ta’ ras fil-lasta tiegħu stess fil-95 minuta u b’hekk ta l-ewwel rebħa fit-Tazza tad-Dinja lill-Iran sa mill-1998.

Il-Marokk urew logħob tajjeb matul l-ewwel taqsima iżda tilfu ċ-ċans li jirbħu logħba li setgħet tqawwilhom qalbhom qabel jaffrontaw lill-Portugal u lil Spanja. L-aqwa opportunità tal-Iran waslet fl-ewwel taqsima meta Vahid Amiri qassam lil Sardar Azmoun iżda t-tentattiv tiegħu ġie milqugħ minn Munir El Kajoui.

Fil-logħba l-oħra ta’ Grupp B il-Portugal, iċ-champions Ewropej, se jilagħbu kontra Spanja. Din ser tkun l-ewwel logħba għal Fernando Hierro bħala kowċ ta’ Spanja wara t-tkeċċija ta’ Julen Lopetegui.

Miġjub lilek minn Hublot