Score: L-Urugwaj jegħlbu lill-Eġittu 1-0

Id-difensur ċentrali José María Giménez skurja daqqa ta’ ras fid-89 minuta sabiex ċaħħad lill-Eġittu minn punt fi Grupp A. In-nazzjon Afrikan deher li se jikseb draw ta’ 0-0 fl-ewwel logħba tiegħu wara li Luis Suarez tilef tliet okkażżjonijiet importanti quddiem il-lasta.

L-Urugwajani kellhom 57%  pussess tal-ballun u 4 xuttijiet lejn il-lasta iżda r-rivali Eġizzjani ddefendew tajjeb. L-istilla Mohamed Salah qatta’ l-logħba kollha fuq il-bank tas-sostituti hekk kif Hector Cuper jidher li ma jridx jgħaġġel ir-ritorn tiegħu wara l-injury.

Suarez ma kienx fl-aqwa forma tiegħu u kien grazzi għat-tentattiv brillanti ta’ Giménez li t-tim ta’ Óscar Tabárez irnexxilu jikseb tliet punti prezzjużi.