Score: Kroazja 2-0 Niġerja

Penalty ta’ Luka Modric u awtogowl tad-difensur Niġerjan Oghenekaro Etebo wasslu lill-Kroazja għal rebħa importanti fuq in-Niġerja f’Kaliningrad li poġġithom fl-ewwel post fi Grupp D.

L-ewwel gowl wasal wara li Mario Mandzukic ta daqqa ta’ ras li ħabtet ma’ Etebo qabel ma daħlet fil-lasta tiegħu stess.

Il-Kroazja żiedu l-vantaġġ tagħhom fit-tieni taqsima wara foul fil-kaxxa ta’ William Ekong fuq Mandzukic. Il-midfielder ta’ Real Madrid Luka Modric ma falliex il-penalty u skorja b’xutt fil-baxx li għeleb lil Francis Uzoho.

In-Niġerja daħħlu lil Kelechi Iheanacho u Ahmed Musa ta’ Leicester City iżda xorta naqsu milli joħolqu problemi lid-difiża tal-Kroazja.

Miġjub lilek minn Hublot