Score: Kosta Rika 0-1 Serbja

serbia_win_costa-rica1

4 snin ilu l-Kosta Rika mpressjonaw lil kulħadd meta waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja iżda l-bidu tagħhom fl-edizzjoni ta’ din is-sena ma kienx mill-aqwa.

Is-Serbja marret fil-vantaġġ fit-tieni taqsima grazzi għal free kick preċiż tad-difensur ta’ Roma Aleksandar Kolarov wara li Aleksandar Mitrovic twaqqa’ minn David Guzman.

Mitrovic falla l-aqwa ċans għat-tim tiegħu fl-ewwel taqsima hekk kif ix-xutt tiegħu ntlaqa’ minn Keylor Navas wara tqassima perfetta ta’ Sergej Milinković-Savić.

Kosta Rika kellhom 52% pussess tal-ballun u 10 xuttijiet lejn il-lasta iżda l-attakkanti mil-Amerka Ċentrali ma kienu qatt perikolużi għad-difiża Serba.

Miġjub lilek minn Hublot