Score: Kolombja 1-2 Ġappun

Il-Kolombja kellhom lil Carlos Sanchez imkeċċi wara biss erba’ minuti logħob hekk kif il-Ġappun kisbu rebħa ta’ 2-1 fl-ewwel logħba tagħhom fir-Russja.

Id-difensur Kolombjan intalab joħroġ mill-grawnd minħabba li miss il-ballun b’idu fil-kaxxa ż-żgħira wara xutt ta’ Shinji Kagawa.

Davinson Sanchez ta’ Tottenham Hotspurs kellu wirja xejn tajba għall-Kolombja peress li wettaq bosta żbalji. Is-Sud Amerikani rnexxilhom jiksbu d-draw grazzi għal free kick li għadda minn taħt il-barriera Ġappuniża.

Il-Ġappun kellhom 59% mill-pussess tal-ballun u kienu aktar perikolużi fl-attakk mill-Kolombja. It-tim Asjatiku reġa’ mar fil-vantaġġ fit-73 minuta hekk kif Yuya Osako skurja b’daqqa ta’ ras minn corner ta’ Keisuke Honda.

Il-Ġappun, Champions tal-Asja għal erba’ darbiet, pattew għat-telfa ta’ erba’ snin ilu kontra t-tim immexxi minn José Pékerman meta l-Kolombja kienet rebħet bl-iskor ta’ 4-1 fil-Brażil.

Miġjub lilek minn Hublot