Score: Iżlanda 1-2 Kroazja

Gowl lejn tmiem il-logħba ta’ Ivan Perisic għen lill-Kroazja iżżomm ir-rekord perfett tagħha hekk kif kisbet rebħa oħra fir-Russja. L-Iżlanda ddominat fl-ewwel taqsima iżda ma rnexxilix tiftaħ l-iskor hekk kif l-ewwel 45 minuta ntemmu mingħajr ebda gowl.

Milan Badelj ta’ Fiorentina poġġa lill-Kroazja fil-vantaġġ ġewwa Rostov Arena wara li l-kross ta’ Perisic ixxellef sabiex spiċċa f’saqajn il-midfielder. L-Iżlanda ġabu d-draw meta Gylfi Sigurdsson skurja penalty fis-76 minuta li ta tama lill-tim li ried jirbaħ sabiex jibqa’ fiċ-ċans li javvanza għar-rawnd li jmiss.

L-Iżlanda ppruvaw ipoġġu lill-avversarji f’diffikultà sabiex jiksbu tliet punti minn din il-logħba fi Grupp D qabel Perisic ta’ Inter Milan poġġa l-ballun fix-xibka b’xutt indirizzat lejn ir-rokna ta’ fuq.

Miġjub lilek minn Hublot