Score: Iran 0-1 Spanja

Spanja rebħu l-ewwel logħba tagħhom fit-turnew grazzi għal gowl skurjat b’xi ftit fortuna minn Diego Costa fit-tieni taqsima.

Il-gowl wasal fl-54 minuta fuq devjazzjoni ta’ Costa meta d-difensur tal-Iran Ramin Rezaeian ixxuttja l-ballun ġol-plejer ta’ Atletico Madrid.

Ir-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tal-2010 ddominaw il-pussess tal-ballun iżda sabuha diffiċli sabiex jgħelbu lid-difiża organizzata tal-Iran.

L-Iran kellhom gowl annullat meta kien għad fadal biss nofs siegħa logħob hekk kif ir-referee uża l-VAR qabel ma ddeċieda li Saeid Ezatolahl kien offside fl-azzjoni tal-gowl.

Costa kien viċin li jiskurja r-raba’ gowl tiegħu fit-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena iżda ma rnexxilux jixħet il-ballun fil-lasta hekk kif bosta plejers kienu qed jissieltu għall-pussess tal-ballun fil-kaxxa ż-żgħira.

Miġjub lilek minn Hublot