Score: L-Ingilterra tgħaddi għall-Kwarti tal-Finali bil-penalties

L-Ingilterra għaddiet għall-Kwarti tal-Finali hekk kif rebħet bil-penalties kontra l-Kolumbja. Din kienet l-ewwel darba għat-tim Ingliż li rebaħ partita tat-Tazza tad-Dinja bil-penalties u ssuktat ukoll bir-rebħ tagħha fuq il-Kolumbja. S’issa fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja l-Kolumbja qatt ma rnexxielha tegħleb lill-Ingilterra.

L-ewwel gowl tal-logħob kien skurjat minn Harry Kane permezz ta’ penalty fit-58 minuta. Il-Kolombja kienet qed issibha diffiċli toħloq l-attakk hekk kif James Rodriguez tal-Kolombja jinsab imweġġa’.

Meta l-logħba dehret li kienet fatta għall-Ingliżi, fid-90 minuta, Yerry Mina skurja għall-Kolombja, biex b’hekk ġew draw u l-logħba għaddiet għall-extra time, li ma ssarraf fl-ebda gowl.

Għall-Kolumbja skorjaw il-penalties Falcao, Cuadrado u Muriel, filwaqt li Bacca u Uribe tilfu penalty.  L-Ingliżi temmew is-serata b’penalties ta’ Kane, Rashford, Trippier, u Dier bil-penalty deċiżiv. Henderson falla t-tielet penalty għall-Ingilerra.

L-Ingilterra kienet tliet darbiet f’penalty shoot outs fit-Tazza ta’ Dinja u tilfithom it-tlieta. Il-Kolombja qatt ma kienet f’penalty shoot out. Ir-Russja rebħet kontra Spanja fil-penalties filwaqt li l-Kroazja rebħet kontra d-Danimarka.

Din il-logħba kienet ikkaretterizzata minn numru ta’ karti sofor: sitta għall-Kolumbjani u tnejn għall-Ingliżi Jordan Henderson u Jesse Lingard.

Sal-half time l-Ingliterra u l-Kolombja kienu għadhom bl-iskor ta’ 0-0. Iktar kmieni l-Iżvezja rebħet lill-Iżvizzera bl-iskor ta’ 1-0. B’hekk, l-Ingilterra issa għaddiet għar-rawnd li jmiss fejn se tkun qed tilgħab kontra l-Iżvezja.

 

Miġjub lilek minn Hublot