Score: Ġappun 0-1 Polonja

Gowl fid-59 minuta tad-difensur Jan Bednarek kien deċiżiv hekk kif il-Polonja kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja. Il-Pollakk skurja fit-tieni taqsima permezz ta’ xutt wara kross ta’ Kamil Grosicki.

Il-Ġappun xorta waħda rnexxilhom jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss minkejja t-telfa fil-Volgograd Arena. L-Asjatiċi kkwalifikaw grazzi għall-imġieba tagħhom waqt il-logħob wara li ġabru l-istess ammont ta’ punti u skurjaw l-istess numbru ta’ gowls daqs is-Senegal. Dawn tal-aħħar ingħataw 6 karti sofor filwaqt li l-Ġappun kellhom 4 biss fil-fażi tal-gruppi.

Il-kowċ tal-Ġappun Akira Nishino ħa deċiżjoni sorprendenti wara li wettaq sitt bidliet fl-iskwadra tal-Ġappun u serraħ lill-istillel tat-tim Shinji Kagawa u Keisuke Honda.

Miġjub lilek minn Hublot