Score: Franza 4-3 Arġentina

france_argentina1

L-Arġentina ġew eliminati mit-Tazza tad-Dinja wara telfa kontra Franza fl-ewwel logħba fil-fażi tan-knockout.

Kylian Mbappe kien l-eroj għal Les Bleus hekk kif iż-żewġ gowls tiegħu taw rebħa impressjonanti lit-tim immexxi minn Didier Deschamps.

Antoine Griezmann għamilhom 1-0 wara 13-il minuta minn penalty qabel l-Arġentina ġabu d-draw grazzi għal xutt mill-isbaħ ta’ Angel Di Maria ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Tliet minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima, l-Arġentina reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt devjat mid-difensur Franċiż Gabriel Mercado.

Il-vantaġġ tas-Sud Amerikani dam biss ftit minuti hekk kif Franza ġabu d-draw wara xutt mill-bogħod ta’ Benjamin Pavard.

Il-plejer ta’ PSG Mbappe mbagħad skurja fl-64 u fit-68 minuta qabel is-sostitut Sergio Aguero żied it-tielet gowl għall-Arġentina fil-ħin miżjud.

Miġjub lilek minn Hublot